Monday, November 4, 2024

Megan Rapinoe se tirtira mill-futbol

Aqra wkoll

It-Tazza tad-Dinja femminili fl-Awstralja u New Zealand se jkunu l-aħħar avveniment li l-plejer Amerikana Megan Rapinoe se tkun qed tipparteċipa fih hekk kif ħabbret li se tkun qed tirtira mil-logħba tal-futbol.

Rapinoe, magħrufa għall-attiviżmu tagħha fejn għandu x’jaqsam id-drittijiet u l-ugwaljanza ta’ persuni LGBTIQ+, għadha kemm għalqet 38 sena u fil-karriera tagħha rebħet darbtejn it-tazza tad-dinja, il-midalja tad-deheb fil-Logħob Olimpiku ta’ Londra 2012 u diversi unuri domestiċi mat-timijiet li lagħbet magħhom.

Rapinoe sostniet li kienet fortunata li sabet persuni tajbin fl-aqwa mument tal-karriera tagħha.

Sport