L-attakkant internazzjonali Iranjan, Mehdi Taremi, għadu jirrifjuta offerti mill-Arabja Sawdija minkejja li Al Hilal u Al Ittihad qed isegwu l-progress tiegħu.
Taremi bħalissa qed jilgħab ma’ Porto iżda hu ftit jidher li fadallu hemm minħabba li Inter jixtiequ ħafna jakkwistawh.
I Nerazzurri ppruvaw imorru għalih matul is-sajf iżda għal xi raġuni jew oħra, xejn ma seħħ.
Huma se jerġgħu jkellmu lill-aġent tal-plejer bit-tama li jingħaqad magħhom ma jdumx.
Sadanittant il-kuntratt ta’ Taremi ma’ Porto jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2024.