L-attakkant mill-Iran Mehdi Taremi kien qed jitkellem fuq is-sit soċjali tiegħu fuq Twitter fejn qal li jrid jilgħab biss ma’ AC Milan.
L-aġent tiegħu bħalissa jinsab f’taħditiet ma’ Porto fit-tentattiv li jasal għal xi forma ta’ ftehim.
Taremi għandu 31 sena u ilu ma’ Porto sa mis-sena 2020 fejn skorja 58 gowl f’102 partiti. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Rio Ave, Persepolis, Iranjavan u Al Gharafa.