Saturday, October 26, 2024

“Mela l-irġiel imorru gynae?!” … Tfajla gay urtata b’kumment ta’ uffiċjal tas-sigurtà fl-isptar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kumment li uffiċjal tas-sigurtà fl-Isptar Mater Dei għaddiet fil-konfront ta’ tfajla li hija gay mhux biss urtaha imma kien ikkundannat minn bosta fosthom is-segretarju parlamenari responsabbli mid-drittijiet ta’ din il-kommunità.

Kienet Gabriella Cassar Meli li fuq il-profil tagħha tal-Facebook irrakkuntat kif kellu appuntament ma’ ġinekologu u meta staqsiet lill-uffiċjal tas-sigurtà fejn trid tmur din weġbitha “mela l-irġiel imorru gynae?!”.

Waqt li sostniet li s’hawn ma ħassithix offiża għax ħafna ma jindunawx li hija mara, Cassar Meli qalet li ħassitha urtata meta semgħet lill-istess uffiċjal tgħid “tini ċans ħa nidħaq”.

“Għax bħalliekieku mara ma jistax ikollha xagħarha qasir jew id-dritt li tilbes dak li trid. Mhux biżżejjed li ngħaddu l-liġijiet meta persuni bħal dawn għadhom jitħallew jaħdmu f’entità tal-Gvern, anzi waħda importanti daqs l-isptar, u jitħallew jaħsbu u saħansitra jitkellmu b’dan il-mod fuq minoranza sostanzjali Maltija bla konsegwenzi. Imbasta nxejru l-bandiera tal-qawsalla f’kull attività politika”, żiedet tgħid Cassar Meli.

Fil-kumment tagħha hija saħqet ukoll li dan l-aġir jikkonferma kemm baqalna biex fis-soċjetà nedukaw lin-nies mhux biss fuq id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ imma anke fejn jidħol ir-rispett u saħqet li tistenna azzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar mhux biss tellgħet dan il-kumment fuq il-profil tagħha tal-Facebook imma anke iddeskriviet l-esperjenza ta’ Cassar Meli bħala qarsa.

Hija żiedet li din hija prova ċara ta’ kif minkejja li bħala pajjiż għamilna avvanzi kbar għad onqosna x’nagħmlu ħafna biex nedukaw lil kulħadd.

 “Bħala Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem se nkomplu naħdmu dwar dan it-tip ta’ għarfien”, żiedet tirrimarka Cutajar.

Anke l-Malta Gay Rights Movement (MGRM) irreaġixxa għal dan il-każ fejn sostna dan kien it-tieni inċident din il-ġimgħa wara li persuna trans irrappurtat li fuq it-televiżjoni ġol-klinika tas-snin tal-Mater Dei intwera materjal omofobiku.

Sport