Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet hekk kif kont dejjem insegwi l-logħob lokali u speċjalment dak Ingliż hekk kif il-klabb li nissapportja huwa Liverpool. Ta’ etá żgħira l-isport kien xi ħaġa li nħobb u fil-fatt kont involut fi sports differenti. L-iktar sport li domt involut fih għax dejjem kien għal qalbi kien il-futbol. Lgħabt fil-kampjonat kompetittiv u rbaħt kemm kampjonat u anke knock-out. Mat-tim tal-kbar irbaħt it-Tielet Diviżjoni u lgħabt ukoll fit-Tieni Diviżjoni bħala plejer. Wara li kont bdejt nistudja naqqast ftit mit-taħriġ u bdew ġejjin xi injuries ukoll u kont għażilt li nibqa’ involut imma bdejt il-kowċing, l-iktar fl-irwol ta’ Physical Trainer. Issa qiegħed inħares lejn l-esperjenza li tibda mill-ewwel ġimgħa ta’ Lulju hekk kif l-esperjenza ma’ Luxol St Andrew’s ġiet fi tmiemha. Imma kuntent ħafna għax kelli staġun pożittiv ħafna fejn kelli żewġ irwoli ta’ assistant coach tal-minors fejn irbaħna n-knock-out u kont involut mat- tim tal-kbar bħala physical trainer fejn irnexxielna niksbu post tajjeb fil- klassifika jekk ikollok tikkumpara mas-snin ta’ qabel.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek bħala Phyical Trainer fl-Akkademja ta’ Melita FC?
Melita FC … esperjenza li ċert li se tkun waħda li se jkolli impatt biex inkun ta’ għajnuna għall-kowċis tan-nursery kif ukoll tal-minors biex niżviluppaw lill-plejers, speċjalment dawk żgħar. Fil-gruppi kompetittivi, sfida differenti li nipprova nwassal il-plejers biex ikunu fl- aħjar kundizzjoni fiżika għal-logħob u fl-istess ħin nevitaw overload ta’ taħriġ u injuries.
Huwa fatt magħruf li t-tim tal-kbar ta’ Melita FC qed jutilizza bosta plejers prodotti tan-Nursery tagħkom. X’inhu s-sigriet ta’ dan is-suċċess?
Ifhem, naħseb li mhux sigriet iżda pjan tajjeb li meta plejer qiegħed f’kundizzjoni li jagħmel dak il-pass il-klabb ta’ Melita jagħti dak iċ-ċans biex ikompli jgħin lill-plejer jiżviluppa.
Kif tqis il-livell tal-grassroots f’pajjiżna?
Il-livell tal-grassroots f’pajjiżna fl-opinjoni tiegħi huwa wieħed li żviluppa ħafna ovvjament dejjem hemm gaps fejn aħna l-kowċis nistgħu nitgħallmu kif u meta rridu nitfgħu pressjoni fuq it-tfal meta naħdmu fuq l- affarijiet fundamentali, imma għalhekk hemm nies bħali li ġej kemm mill- futbol imma fl-area ta’ physical trainer. Għandek il-head coaches fejn qabel kien ikollok wieħed f’nursery illum il-ġurnata ssib tnejn biex ikun hemm aktar kwalitá. Fil-każ tal-Melita xi ħaġa li x’ħin tkellimt magħhom togħġobni ħafna fejn għandek Direttur tekniku, kif ukoll tliet head coaches.
U dak tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?
F’dawn il-11-il sena bħala kowċ / physical trainer li rajt kemm fil- klabbs kif ukoll meta kont fis-set-up tal-MFA li issa qegħdin nagħtu iktar prijoritá lill-individwu mhux biss fir-riżultat. Forsi mhux dejjem imma l- mentalitá qiegħda tinbidel ftit kemm minna l-kowċis u anke ġenituri. Illum għandek min jaħdem fuqu anke barra minn nurseries, jieklu aħjar u s- servizz li qegħdin noffru għamel qabża tajba fil-kwalitá wkoll.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn il-plejers tagħna jitħarrġu u jilagħbu l-logħob kompetittiv tagħhom?
Fil-każ ta’ riżorsi u grawnds fadal ħafna xogħol xi jsir għax mhux faċli għall-klabbs li jkollhom full pitch għat-taħriġ u dejjem trid taqsam ma’ gruppi oħra, imma issa li hemm klabbs joffru gyms mal-grawnds tagħhom forsi xi grawnds oħra ta’ 7 jew 5-a-side qiegħda tkun ta’ għajnuna.
Int ukoll il-kowċ ta’ Hamrun SC Beach Soccer. X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul il-Kampjonat tas-Sajf li għadda fejn fil-finali affrontajtu lil Sliema Beach Soccer?
Iva dan is-sajf dħalt għal sfida oħra fil-beach soccer mal-Hamrun SC. Kienet esperjenza tajba ħafna jekk wieħed ikollu jikkumpara minn fejn bdejna. Fl-istess ħin ma kienet faċli xejn għax waqt li beda jintlagħab il- league Malti aħna tlajna l-Portugall għall-Euro Winners’ Cup. Ħafna mill- plejers ikunu ġejjin minn klabbs fil-futbol u mhux faċli taqleb għal dan l- isport għax huwa kompletament differenti, inkluż jien din kienet xi ħaġa li qatt ma kont involut fiha. Nhar is-Sibt li għadda sfortunatament tlifna l- logħba deċiżiva kontra Sliema Beach Soccer bl-iskor ta’ 7-6. Ovvjament diżappuntat għax ħdima ħafna imma dak huwa l-isport, tim wieħed jista’ jirbaħ!
X’tikkummenta fuq il-livell tal-beach soccer f’pajjiżna?
Il-livell tal-beach soccer f’pajjiżna nemmen li għandna ħafna fejn nistgħu nkunu aħjar għax ftit hawn plejers li jipprattikawh sena sħiħa, u biex issib plejers li wara staġun ikunu lesti li jiġu jew aħjar tgħid ikunu ħadu permess mill-klabbs tagħhom kienet diffiċli ħafna.
U rigward ir-riżorsi jiġifieri fejn tilagħbu l-beach soccer fil-Bajja s-Sabiħa f’Birzebbugia?
Grawnd wieħed biss f’Birzebbugia tagħmilha diffiċli diġá u jekk ikollok tqabbel meta konna qegħdin il-Portugall ir-ramel hemm qabża kbira. Faċli tgħid imma nemmen li nistgħu nieħdu ħsieb iż-żona aħjar, ikun hemm iktar promozzjoni u taħriġ fil-beach soccer għax ma ssibx nies li għandhom għarfien tal-logħba.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil futbol u anke fil-beach soccer?
Fil-futur li żgur issa ġej staġun li eċċitat biex nibda avventura ġdida ma’ Melita FC biex inkun ta’ għajnuna lill-plejers u lill-kowċis biex niżviluppaw lit-tfal. Rigward beach soccer għadu wisq kmieni biex ngħid x’se jiġri għax spiċċajna is-Sibt li għadda
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
L-aħħar messaġġ tiegħi lil min jixtieq jagħmel karriera u jkollu suċċess fil-futbol, hija li trid taħdem kemm tiflaħ fuqek innifsek dejjem tagħmel dik l-isforz żejjed, tistaqsi biex titgħallem, ma taħsibx li taf u tistenna iktar milli tkun lest għalih u ma taqta’ qalbek qatt!