Marsaxlokk …….1
Melita ……………2
Minn Cristian Muscat
Melita kisbu l-ewwel rebħa meta għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta’ 2-1 biex dawn tal-aħħar għandhom mingħajr punt wara żewġ partiti.
Kienu Melita li ħolqu l-ewwel periklu fit-12-il minuta meta xutt Jean Pierre Attard kellu s-saħħa iżda mhux il-preċiżjoni biex ntemm barra.
Marsaxlokk wieġbu fid-29 minuta u tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Leandro Aguirre xeħet cross lejn Patrick Nonato li żmarkat għal kollox kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit barra.
Iżda, fit-42 minuta, kienu Melita li fetħu l-iskor meta Attard għadda tajjeb lejn ANDRE CARLOS PENA DA COSTA li għeleb in- nasba tal-offside, avvanza u tefa’ l-ballun fix-xibka.
Il-pressjoni kienet kollha fuq Marsaxlokk u fid-49 minuta, wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, Ryan Scicluna għola tajjeb iżda kellu d-daqqa ta’ ras tintemm ftit barra.
Melita wieġbu żewġ minuti wara meta Pena da Costa għal ftit m’għamilx kuntatt mal-ballun wara li rċieva minn cross mix-xellug, bl-azzjoni tisfuma fix- xejn.
Fil-61 minuta, Andres Jesus Yepez Moriets kellu xutt fil-baxx jiġi salvat mill- goalkeeper Marsaxlokk, Marko Drobnjak, fejn hawnhekk Yepez żgur li seta’ għamel aħjar billi seta’ għadda l-ballun lejn Kurt Bondin li kien f’pożizzjoni iktar favorevoli.
Marasxalokk kisbu d-raw mill-azzjoni li segwiet, minuta biss wara, meta s- sostitut ALEX DE AGUILAR GOMES temm azzjoni personali permezz ta’ xutt angolat fil-baxx minn tarf il-kaxxa li ġie devjat għal ġewwa minn player ta’ Melita.
Fl-74 minuta, Marsaxlokk resqu viċin iżda Yuri De Jesus Messias falla l-mira.
Żewġ minuti wara, Melita skorjaw il-goal tar-rebħa meta ANDRÉ CARLOS PENA DA COSTA qabeż lid-difensur Karl Micallef, avvanza tajjeb u b’xutt fil-baxx kiseb id-doppjetta personali.
Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 4-Karl Micallef, 6-Nikolai Muscat, 9-Patrick Nonato, 10-Yuri De Jesus Messias, 19-Jose Ulises Arias, 22-Emanuel Lopez (96-Igor Leandro Do Nascimento 82), 24-Enmy Manuel Pena Beltre (23-Alex De Aguilar Gomes 46), 27-Leandro Aguirre, 28-Nikola Raden, 30-Ryan Scicluna (8-Jake Ghio 91) – Coach: Winston Muscat
MELITA: 1-Gosef Mizzi, 3-Aldair Pena Simanca, 6-Jean Pierre Attard, 7-Karl Mohnani (20-Benjamin Cassar 79), 9-André Carlos Pena Da Costa, 10-Matthew Debattista (14-David Xuereb 63), 11-Alan Borg Olivier, 13-Marc van De Font Bovenkamp, 19-Andres Jesus Yepez Moriets (21-Nick Cutajar 74), 26-Kurt Bondin (27-Gareth Barone 79), 29-Henrique Marcelino Motta – Coach: Clive Mizzi
REFEREE: Glen Tonna
ASS. REFEREES: Shaun Calleja, Kurt Saliba
RABA’ UFF: Daniel Portelli
SKORERS: A. C. Pena Da Costa 42, 76 (Mt), A. De Aguilar Gomes 62 (Mx)
AMMONITI: N. Muscat (Mx), J. P. Attard, A. J. Yepez Moriets, K. Bondin (Mt)