Melita ……..…2
Floriana ….…0
Minn Cristian Muscat
Melita ħasdu lil Floriana meta bl-aktar mod meritat ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu wieħed f’kull taqsima.
Kienu Melita li ħarġu fuq l-offenisva u proprju fl-ewwel periklu li ħolqu, wara biss zewg minuti fetħu l-iskor permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ MATTHEW DEBATTISTA minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Kanadiż, Alexandre-Yann Filon, li kien qed jiddebutta għall-Greens.
Ir-reazzjoni ta’ Floriana damet ma waslet hekk kif fil-21 minuta resqu lejn il-lasti iżda x-xutt tal-Brażiljan, Fernandinho, minn barra l-kaxxa ntemm għoli.
Il-pressjoni kienet kollha fuq il-Greens u fit-38 minuta Julian Gonzalo Gamarra ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li sab lill-goalkeeper Pollakk, Andrzej Lubik, attent.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u żewġ minuti wara Dunstan Vella bir-ras niżżel il-ballun lejn Jake Grech li kellu x-xutt bid-dawra jgħaddi ftit għoli.
Madankollu, kontra x-xejra tal-logħob, fil-45 minuta, Melita resqu ferm viċin li jirduppjaw meta x-xutt ta’ Andre Carlos Penha Da Costa minn pożizzjoni ideali, għadda jħakkek mal-lasta.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Floriana ħarġu ferm aggressivi u fis-47 minuta Fernandinho indirizza cross li sab lil Carlo Zammit Lonardelli li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tispiċċa ftit barra.
Huma komplew jattakkaw u żewġ minuti biss wara resqu ferm viċin li jiksbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner, Franklin Sasere kellu t-tentattiv tiegħu salvat f’corner b’mod stupend minn Lubik, biex salva goal ċert.
Madankollu, fit-63 minuta kienu Melita li rduppjaw meta Marc Van De Font Bovenkamp pprova jqabbeż il-ballun minn fuq Fillion li salva parzjalment, b’difensur ta’ Floriana jipprova jsalva l-ballun bir-ras, iżda pront kien hemm KURT BONDIN li mir-rebound minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.
MELITA: 12-Aleksander Lubik, 4-Gareth Barone (3-Aldair Pena Simanca 83), 7-Karl Mohnani, 9-Andre Carlos Penha Da Costa (77-Santiago Martinez 83), 10-Matthew Debattista (19-Jesus Andres Yepez Morlets 65), 11-Alan Borg Olivier, 13-Marc Van De Font Bovenkamp, 14-David Xuereb, 26-Kurt Bondin (21-Nick Cutajar 65), 27-Camilo Andres Sanchez Gonzalez (22-Collins Gyamfi 78), 29-Henrique Marcelino Motta – Coach: Clive Mizzi
FLORIANA: 1-Alexandre-Yann Fillion, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech (14-Jork Portocarrero 68), 12-Dunstan Vella (77-Aleandro Garzia 67), 17-Owen Spiteri (29-Quadri Allionida 68), 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 25-Julian Gonzalo Gamarra, 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro, 94-Jose Fernando Junior Gomes – Coach: Darren Abdilla
REFEREE: Daniel Casha (Alex Johnson)
ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Duncan Spencer
RABA’ UFF: Alex Johnson
SKORERS: M. Debattista 2, K. Bondin 63 (M)
AMMONITI: J. A. Yepez Morlets, N. Cutajar, H. M. Motta (M), J. G. Gamarra (F)