Melita applikat mal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni għal liċenzja biex tipprova t-teknoloġija 5G. Din il-prova, li se ssir f’numru limitat ta’ siti magħżula, se tuża biss frekwenzi li diġà ilhom jintużaw minn wireless networks għal ħafna snin.
Simon Montanaro, Chief Technology Officer ma’ Melita Limited, qal, “Fl-2018, Melita kkummissjonat lil Ericsson biex ittejjeb il-mobile network tagħha u tipprepara għal 5G. Illum, permezz ta’ dan in-netwerk avvanzat, qegħdin f’pożizzjoni li nistgħu nibdew nippruvaw it-teknoloġija 5G fuq frekwenzi diġà użati bil-ħsieb li nivvalutaw il-prestazzjoni lokali tat-teknoloġija avvanzata ta’ Ericsson.”
Harald Roesch, Kap Eżekuttiv ta’ Melita Limited, qal, “Nemmnu li l-approċċ li Melita qegħda tadotta għal din il-prova – jiġifieri bl-użu eżistenti ta’ antenni tal-mowbajl u spectrum li ilu jintuża fid-djar għal żmien twil – se juri biss żieda negliġibbli fl-emissjonijiet. Ir-riżultati tal-prova teknika se jkunu ppubblikati.”