Saturday, October 26, 2024

Melita tiċċara li ż-żieda fil-prezz se tingħata lura

Aqra wkoll

B’referenza għall-artiklu ppubblikat fil-midja lokali dwar iż-żidiet fil-prezzijiet imħabbra mill-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni fl-1 ta’ Lulju 2022, Melita għamlet dawn il-kjarifiki li ġejjin biex tiżgura li l-pubbliku jkun konxju tal-fatti korretti.

• Il-Ħamis, Melita naqqset temporanjament il-prezzijiet tagħha għal-livell bħalma kienu qabel Lulju.

• Iż-żieda fil-prezz li kienet applikata f’Lulju se tingħata lura.

• Il-klijenti li bħalissa qed iħallsu permezz ta’ Direct Debit jew karta ta’ kreditu awtorizzata minn qabel mhu se jaraw l-ebda differenza fil-prezzijiet tagħhom u se jkomplu jibbenefikaw mill-iskont ta’ Direct Debit.

• Dawn l-azzjonijiet huma konformi mal-operaturi l-oħra kollha tat-telekomunikazzjoni f’Malta.

Il-klijenti huma mistiedna jikkuntattjaw lil Melita permezz ta’ Facebook Messenger, jew permezz ta’ Live Chat fuq il-websajt https://www.melita.com/

Sport