Melita Limited niedet StellarVoice, servizz ġdid ta’ Voice over WiFi (VoWiFi) li jiggarantixxi sejħiet ċari daqs il-kristall kull fejn ikun hemm WiFi, anke f’żoni fejn il-kopertura mobbli tkun dgħajfa jew ineżistenti. B’StellarVoice u l-Indoor Call Guarantee ta’ Melita, ilklijenti jistgħu issa jgawdu konversazzjonijiet mingħajr interruzzjoni fid-dar, fl-uffiċċju jew kull fejn hemm il-WiFi.
B’StellarVoice, is-sejħiet jaħdmu bħal kull sejħa mobbli oħra – l-ebda apps, l-ebda spiża żejda, l-ebda sforz. Il-klijenti jistgħu jagħmlu u jirċievu sejħiet b’mod bla xkiel permezz tat-telefon mobbli tagħhom, bl-istess esperjenza bħal sejħiet mobbli normali. Il-passaġġ minn WiFi għal kopertura mobbli u lura jiġri awtomatikament, u b’hekk il-konversazzjoni tkompli mingħajr ebda interruzzjoni.
StellarVoice huwa disponibbli fuq il-pjani kollha mobbli postpaid ta’ Melita. L-attivazzjoni tas-servizz hija sempliċi: fuq ħafna mill-apparati iPhone u Android riċenti, il-klijenti għandhom bżonn biss jixegħlu l-WiFi Calling fl-isettjar tat-telefon mobbli tagħhom. Ladarba dan jiġi attivat, StellarVoice jaħdem fl-isfond u jiżgura l-aħjar kwalità possibbli tas-sejħa, anke fi djar b’ħitan ħoxnin, fil-kantini, jew f’uffiċini fejn is-sinjal ikollu diffikultà jilħaq.
“It-teknoloġija għandha tagħmel il-ħajja aktar faċli, mhux iktar ikkumplikata. B’StellarVoice, qed nagħtu lill-klijenti tagħna l-aktar esperjenza affidabbli ta’ sejħiet minn ġewwa l-bini possibbli. Kemm jekk qed taħdem mid-dar, tagħmel telefonati importanti fl-uffiċċju, jew taqbad ma’ xi ħadd għażiż, StellarVoice iżomm il-konversazzjonijiet għaddejjin, mingħajr interruzzjonijiet jew tħassib dwar is-saħħa tas-sinjal. Huwa eżempju ieħor ta’ kif Melita twassal soluzzjonijiet intelliġenti u innovattivi li jagħmlu l-konnettività aktar sempliċi, b’saħħitha u aktar affidabbli,” qal Roberto Chieppa, Chief Commercial Officer ta’ Melita Limited.
Għal aktar informazzjoni dwar StellarVoice u kif tattiva s-servizz, żur Melita.com.