Id-Deputata mal-Partit Demokratiku, Valentina Ghio, irreaġixxiet għad-diskors tal-Prim MInistru Meloni fil-Parlament Taljan. Iddikjarat li “llum Meloni kellha ċ-ċans li taġixxi bħala Statista.

Imma minflok aġixxiet bħala partitarju tal-partit tagħha. Meta ninsabu fi kriżi internazzjonali drammatika u wara li tilfet ir-referendum, bi gvern b’diversi skandli, pajjiż mifni b’pagi baxxi u nuqqas ta’ tkabbir fil-produzzjoni industriajli, wieħed stenna kontabilità minnha. Minflok Meloni għolliet leħinha. Infexxet f’attakki. Insulti u diskors inadekwat.
F’diskorsha kellha biss aggressjoni. U waqt li d-dinja qiegħda taqbad hi siekta fuq l-azzjonijiet kriminali ta’ Trump u Netanyahu. Sadanittant il-problemi reali tat-Taljani jibqgħu jiġu injorati”.

