Melvin Debono “l-Quws” spiċċa lura l-Qorti u baqa’ miżmum arrestat wara li ġiet milqugħa t-talba tal-Avukat Ġenerali biex tkun tkun irtirata l-ordni tal-ħelsien mill-arrest li ngħatalu l-ġimgħa l-oħra.
L-imputat ftit tal-ġimgħat ilu kien reġa’ spiċċa l-Qorti fejn kien mixli bi ksur tal-ħelsien mill-arrest u bi vjolenza domestika fil-konfront tal-ex sieħba tiegħu. Akkużi oħra huma ta’ ħasil ta’ flus, traffikar tad-droga u li għamel ħsara fi propjetà ta’ ħaddieħor.
Aktar minn hekk, fi Frar tas-sena li għaddiet il-Quws kien akkużat li kien ħabat bil-karozza tiegħu wara li pprova jaħrab lill-pulizija hekk kif kien sar rapport li kien ħebb għat-tfajla tiegħu.
Il-Qorti qalet li l-ħelsien tal-arrest ġie revokat għax m’hemmx serħan il-moħħ li Debono jidher il-Qorti.

