Saturday, December 21, 2024

Membri parlamentari jagħtu d-demm quddiem il-Parlament

Aqra wkoll

Minn mindu l‑Parlament mexa għall‑binja l‑ġdida fid-daħla tal‑Belt Valletta f’Mejju 2015, ta’ kull sena f’dan il-perjodu bdiet tiġi organizzata attività miċ‑Ċentru Nazzjonali għat‑Trasfużjoni tad‑Demm f’kollaborazzjoni mal‑Uffiċċju tal‑Ispeaker u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi ħdan il-Ministeru għall‑Politika Soċjali u d‑Drittjiet tat‑Tfal, sabiex ikun hawn aktar għarfien dwar il‑bżonn li jiżdiedu n-nies li jagħtu d-demm.

Din is‑sena din l‑attività nżammet illum, il-11 ta’ Mejju 2022, quddiem il‑bini tal‑Parlament, bl-użu tal‑mobile unit taċ‑Ċentru għat‑Trasfużjoni tad‑Demm. Matul l-attività kien hemm preżenti l‑Ispeaker tal‑Kamra tad‑Deputati Anġlu Farrugia, il‑Ministru għall‑Politika Soċjali u d‑Drittjiet tat‑Tfal Michael Falzon, id‑Deputat Speaker David Agius, il‑Whip tal-Gvern, is‑Segretarju Parlamentari għad‑Djalogu Soċjali Andy Ellul u l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar, kif ukoll il-Membri Parlamentari Michael Farrugia u Ivan Castillo.

Il-Membru Parlamentari Michael Farrugia jagħti d-demm. Ritratt: Clifton Fenech

F’kelmtejn li ta lill‑medja preżenti, l‑Ispeaker Farrugia spjega li b’din l‑attività annwali l‑membri parlamentari bl-eżempju jkunu qed iħeġġu aktar Maltin u Għawdxin ikunu ġenerużi u jersqu biex jagħtu d‑demm. Huwa spjega wkoll kif is‑servizzi tas‑saħħa f’Malta u Għawdex għandhom bżonn provvista kontinwa ta’ demm, u li għalhekk kull min jagħti d-demm ikun qed jagħmel ġest altruwist u att ta’ karità.

Ekonomija

Sport