Monday, September 8, 2025

Membri tal-Protezzjoni Ċivili imsejjħa f’Corgas biex jgħinu fil-ġlieda kontra nirien qawwija 

Aqra wkoll

Diversi membri u pumpiera fi ħdan il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta, li bħalissa huma stazzjonati fil-Portugall, din id-darba reġgħu ġew imsejjħa f’Corgas biex jgħinu fil-ġlieda kontra n-nirien qawwija f’bosk.

Huma qegħdin jaħadmu mill-qrib flimkien mal-membri tal-Protezzjoni Ċivili tal-Portugall, hekk imsejjħa; ‘Força Especial de Proteção Civil bħala parti mir-rispons ikkoordinat’

Dan qalitu l-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn spjegat li bħalissa s-CPD tinsab fil-Portugall taħt il-Programm tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u l-Għajnuna Umanitarja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport