Monday, October 7, 2024

Membri tal-Protezzjoni Ċivili jsalvaw fekruna li sabet ruħha f’diffikultà minħabba xibka

Aqra wkoll

Is-Sibt li għadda, membri fi ħdan il-Protezzjoni Ċivili Malta, salvaw fekruna żgħira f’diffikultà hekk kif inqabdet f’xibka. Dan qalitu l-Protezzjoni Ċilvili ta’ Malta nnifisha permezz ta’ messaġġ fuq Facebook.

Ġie spjegat li l-frekruna ttellgħet abbord fuq il-bastiment li kienu fuqu l-membri u li b’ħidma flimkien, irnexxielhom ineħħu x-xibka illi kellha mweħħla.

Il-fekruna mbagħad ittieħdet ix-xatt u ngħatat lil Nature trust għal aktar monitoraġġ u trattament.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport