Sunday, November 24, 2024

Membri tal-Protezzjoni Ċivili jsalvaw kelb wara li ċeda parti minn saqaf f’Birkirkara

Aqra wkoll

Fortunatament ħadd ma ndarab wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:15 p.m seħħ inċident f’residenza fi Triq Fleur De Lys Birkirkara.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kien ċeda xi ġebel li jifforma parti minn saqaf fl-istess residenza.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li ma kienx hemm persuni meta seħħ l-inċident għalkemm fil-post issejħu minnufih membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li skattaw bi tfittxija għal kelb li seta’ kien fil-post. Fil-fatt huma rnexxielhom isalvawh ftit tal-ħin wara.

Fil-post hemm uffiċjali tal-Pulizija u dawk mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol li bdew minnufih bl-investigazzjonijiet tagħhom.

Sport