Saturday, November 23, 2024

Membri tas-salvataġġ fin-Norveġja jibqgħu jittamaw li jsibu persuni ħajjin … il-vittmi jitilgħu għal sebgħa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ katavri rikoverati fin-Norveġja tela’ għal sebgħa hekk kif l-awtoritajiet komplew bit-tfittxija wara li valanga kbira qerdet diversi residenzi fil-pajjiż.

Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt nstabu l-ewwel erba’ katavri u lbieraħ nstabu tlieta oħra. L-ewwel vittma ġie identifikat bħala Eirik Grønole ta’ 31 sena. Xi persuni għadhom neqsin u minkejja li l-membri tas-salvataġġ għadhom qed jittamaw li jsibu persuni ħajjin, din il-probbabbilità qed tgħib aktar kemm jgħaddu sigħat.

Il-Pulizija kkonfermat li l-aħħar katavru nstab fejn it-tnejn ta’ qablu, iżda ma komplietx tagħti informazzjoni dwar il-ħidma tagħha.

Fost il-vittmi hemm raġel ta’ 40 sena u bintu ta’ sentejn. Għaxar persuni oħra ndarbu f’dan l-inċident. 

Sport