Friday, December 13, 2024

Membru parlamentari t’awgura lill-istudenti għall-eżamijiet tal-Matsec

Aqra wkoll

Propju llum, id-29 t’April 2022, studenti tal-ħames sena tas-sekondarja u oħrajn li komplew jistudjaw f’livell postsekondarju, taw bidu għall-istaġun tal-eżamijiet.

Iktar kmieni waranofsinhar, waħda mill-kandidati li ħadet sehem f’isem il-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet, l-Avukata Amanda Spiteri Grech, qasmet messaġġ ta’ awgurju ddedikat lil dawk l-istudenti li se jkunu qed jagħmlu l-eżamijiet taċ-ĊES u tal-Matrikola — magħrufin aħjar bħala ‘O’ levels u ‘A’ levels.

Hija stqarret li dan hu “Żmien delikat, iżda jiġri x’jiġri, int dejjem suċċess ladarba għamilt ħiltek”.

L-Avukat Spiteri Grech hija eks għalliema fl-iskola sekondarja u riċentament għadha kemm saret membru parlamentari.

Ekonomija

Sport