L-attakkant ta’ Barcelona, Memphis Depay, ġie eskluż mill-partita tar-round tal-aħħar 32 tal-Europa League tal-Ħamis kontra Napoli minħabba injury.
Il-player ta’ 28 sena ilu ma jidher għat-team immexxi mill-coach Xavi mit-12 ta’ Jannar, meta Barcelona ġew eliminati mis-Super Cup Spanjola mir-rivali Real Madrid fl-istadju tas-semif-inali.
Kien qed jingħad li Depay kien viċin ir-ritorn mill-injury li kellu fil-hamstring fil-ħin għall-partita tal-ġganti Katalani fil-La Liga kontra Alaves fl-aħħar tax-xahar li għadda, iżda r-rimonta tal-internazzjonali Olandiż twaqqfet ħesrem.
Xavi mhux lest li jieħu l-ebda riskju biex jgħaġġel lil Depay lura mill-injury, u għalhekk l-attakkant mhux se jipparteċipa fl-ewwel leg ta’ Barcelona tal-konfront tagħhom tal-Europa League ma’ Napoli din il-ġimgħa.
Il-club Spanjol imbagħad mistenni jerġa’ jevalwa l-injury ta’ Depay, u huwa maħsub li jittama li jista’ jerġa’ lura għall-forma sħiħa tiegħu qabel it-tieni leg fl-Italja ġimgħa wara.
Matul l-ewwel staġun tiegħu ma’ Barcelona, Depay skorja tmien goals u pprovda żewġ assists f’16-il partita fil-La Liga.