L-attakkant ta’ Barcelona, Memphis Depay hu rappurtat li ma jinsabx fil-pjanijiet tal- coach Xavi, għall-istaġun 2022-23.
Il-player internazzjonali Olandiż kein ingħaqad ma’ Barcelona bi free transfer mingħand Lyon is-sajf li għadda u rnexxielu jirreġistra 13-il goal u żewġ assists għall-Blaugrana fi 38 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Tnax-il goal ta’ Depay waslu fi 28 partita fil-La Liga, iżda naqas milli jikseb post regolari fil-formazzjoni ta’ Xavi wara l-akkwisti ta’ Pierre-Emerick Aubameyang u Ferran Torres.