Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel kellha kliem ta’ kritika fil-konfront ta’ dawk il-persuni populisti li jgħidu li l-virus Covid-19 ma jagħmilx ħsara. Hija qalet dan wara li fil-Ġermanja daħlu fis-seħħ miżuri restrittivi li l-għan tagħhom hu li jikkontrollaw it-tixrid ta’ dan il-virus. Meta kienet qiegħda titkellem fil-Bundestag, Merkel qalet li, “hija biss is-solidarjetà u trasparenza li se nkunu kapaċi li naffrontaw din il-pandemija.”
Hija żiedet tgħid li din il-pandemija qiegħda saħansitra tkun ta’ theddida fuq is-sistema demokratika. “Gideb u informazzjoni qarrieqa, teoriji ta’ konspirazzjoni u mibegħda qegħdin jagħmlu ħsara mhux biss lid-demokrazija iżda wkoll lill-ġlieda kontra dan il-virus,” saħqet Merkel.
Nhar l-Erbgħa li għaddiet Merkel kienet ħabbret li se jkun qiegħed jidħol fis- seħħ lockdown ta’ emerġenza li se jdum xahar u dan hekk kif kienet irrapportata żieda sostanzjali fin-numri ta’ każijiet liema numri qegħdin ipoġġu pressjoni fuq l-isptarijiet.