L-ex player internazzjonali Ingliż u llum kummentatur televiżiv Paul Merson ikkritika lid-diriġenza ta’ Liverpool li m’għamlux biżżejjed sabiex iżommu lill-attakkant Senegaliż Sadio Mane.
“Il-mument li telaq dan il-player, ir-Reds marru l-baħar, Mohammed Salah m’għadux li kien u n-numri fejn għandu x’jaqsam statistika saru ferm negattivi. Apparti minn hekk li tbigħ lil dan il-player għal €30 miljun hi ġennata.”
Liverpool qed ikollhom kampjonat ferm diżappuntanti tant li ġabru biss 10 punti minn seba’ logħbiet apparti li jinsabu 11-il punt ‘il bogħod mil-leaders Arsenal.