Tuesday, June 10, 2025

Mertens jitlaq lil Galatasaray u forsi wkoll lill-futbol

Aqra wkoll

Dries Mertens sellem lill-klabb tiegħu Galatasaray u forsi wkoll lill-futbol. Il-Belġjan, eks idolu ta’ Napoli, lagħab l-aħħar partita tiegħu fis Super Lig kontra Istanbul Basaksehir, fejn skorja minn penalty u ġie sostitwit fil-79 minuta. B’għajnejh mimlija dmugħ, ħalla l-grawnd ma’ martu Kat fejn f’kumment li ta lill-ġurnalisti hu ta ħjiel li jista’ jirtira dal-ġimgħa.

Mertens sar simbolu f’Istanbul, mhux biss għall-logħob tiegħu, imma wkoll għall-karattru u tmexxija. Il-partitarji ta’ Galatasaray sellmulu fejn qalu li jqisuh bħala wieħed mill-plejers leġġendarji li qatt libes il-flokk isfar u aħmar tal-klabb.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport