Saturday, January 4, 2025

Messaġġ kommoventi mir-Reġina hekk kif tqatta’ l-ewwel Milied tagħha mingħajr żewġha d-Duka

Aqra wkoll

Għall-festi tal-Milied, ir-Reġina Eliżabetta II għamlet diskors kommoventi u emozzjonali, hekk kif għall-ewwel darba qiegħda tiċċelebra l-festi tal-Milied mingħajr żewġha, id-Duka Philip. 

Fil-bidu tal-intervent tagħha lill-poplu Brittaniku, ir-Reġina rreferiet għal żewġha, li miet f’April ta’ din is-sena, bħala s-saħħa u l-enerġija tagħha. Hija kompliet tgħid li l-familja Rjali, ir-Renju Unit bħala nazzjon u d-dinja, għandhom jirringrazzjaw lil żewġha għax-xogħol silenzjuż li wettaq matul is-snin. 

Ir-Reġina qalet li din is-sena, aktar minn qatt qabel, tifhem lil dawk li f’dan iż-żminijiet ta’ festi jħossu t-toqol tan-nuqqas ta’ xi qarib. Minkejja dan, ir-Reġina Eliżabetta sostniet li l-preżenza ta’ żewġha, anke jekk mhux fiżikament, tinħass qawwija fosthom, hekk kif jippreparaw għall-festi tal-Milied u tmiem is-sena.

Ekonomija

Sport