Thursday, January 22, 2026

Messaġġi internazzjonali ta’ awgurju

Aqra wkoll

Għal dan il-Kungress, il-GWU irċeviet messaġġi ta’ awguri u ta’ solidarjetà mill-moviment trejdunjonistiku internazzjonali fosthom l-ETUC, l-ILO u l-ITUC. 

Esther Lynch, Segretarju Ġenerali tal-ETUC, iddeskriviet il-Kungress bħala mument ta’ tiġdid, riflessjoni u determinazzjoni. 

Qalet li l-unjins għandhom jibqgħu jaħdmu u jaġixxu flimkien għaliex b’dan il-mod bis nistgħu nirbħu flimkien. “Il-GWU dejjem kienet pilastru għad-drittijiet tal-ħaddiema f’Malta, vuċi qawwija għad-dinjità u l-ġustizzja fuq il-postijiet tax-xogħol, kif ukoll forza impenjata fi ħdan il-familja tat-trejd unjins Ewropej,” qalet Lynch.

Oliver Ropke, ir-rappreżentant tal-ħaddiema fl-ILO, qal li dan il-Kungress jirrappreżenta mument importanti ta’ riflessjoni u tiġdid tal-GWU. Huwa qal li l-GWU kienet dejjem vuċi qawwija u impenjata għas-solidarjetà internazzjonali, kif ukoll għall-prinċipji fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO). Semma wkoll kif il-unjin hija membru attiv kemm tal-ITUC kif ukoll tal-ETUC. Għaldaqstant is-solidarjetà internazzjonali tal-ħaddiema mhijiex sempliċiment frażi imma hija fundamentali għall-GWU. 

Ropke temm billi awgura suċċess għal dan il-Kungress u wera wkoll il-konvinzjoni li l-koperazzjoni bejn il-GWU u l-ILO tibqa’ b’saħħitha kif dejjem kienet. 

Luc Triangle, Segretarju Ġenerali tal-ITUC, enfasizza l-impenn komuni dwar id-difiża tad-drittijiet tal-ħaddiema madwar id-dinja kollha u l-ġlieda għad-demokrazija u l-ħolqien ta’ dinja ġusta għal kulħadd. 

Qal li “llum huwa mument kritiku minħabba li l-inugwaljanza qed tiżdied, id-demokrazija tinsab taħt attakk u d-drittijiet tal-ħaddiema qed jitnaqqru sistematikament.” 

Madanakollu, huwa qal li l-moviment trejdunjonistiku għandu ċar; li jorganizza u jimmobilizza lill-ħaddiema kollha biex jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom. Bħala l-ikbar moviment demokratiku u soċjali fid-dinja, it-trejdunjins huma fil-qalba fil-qalba ta’ din il-missjoni. “Nafu li l-ġustizzja tintrebaħ permezz tas-saħħa kollettiva tal-ħaddiema, billi jkunu jieqfu għal xulxin u jkunu solidali ma’ xulxin,” huwa temm jgħid.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport