Thursday, December 26, 2024

“Messek tistħi… għal ġenituri ta’ persuni b’diżabbilità dal-kliem mhuma xejn tad-daħk”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat id-Deputat Nazzjonalista kiteb b’mod sarkastiku dwar “il-Proċess ta’ Beatifikazzjoni ta’ Anglu Gafa”. Azzopardi għamel dan permezz ta’ kitba fuq is-sit soċjali tiegħu fejn qal li din l-ħatra wasslet biex “f’inqas minn 24 siegħa jkun hemm fejqan mhux medikament spjegabbli tal-ex Ministru Konrad Mizzi li kien ilu 3 xhur marid, debilitat, inkapaċitat u immobilizzat”.

Dawn l-aġġettivi anke jekk setgħu nkitbu b’mod sarkastiku xejn ma niżlu tajjeb ma’ persuni li ta’ kuljum jaffaċċjaw dawn ir-realtajiet.

Fuq il-paġna tagħha li tgħin biex tinkoraġixxi lin-nies li għaddejjin minn ċertu realtajiet problematiċi, omm Diego ma naqsitx milli turi d-diżappunt tagħha għal dan il-kliem.

Hija kompliet li nies li huma b’xi mod influwenti fis-soċjetà m’għandhomx ixejnu d-dinjità ta’ persuni b’diżabbilità billi jużaw kliem bħal inkapaċitat u immobilizzat biex jitgħajru bih.

Hija qalet li minn jagħmel hekk messu jitħi u appellat biex nies bħal Azzopardi jitgħallmu t-tifsira ta’ soċjetà inklussiva u ttamat li l-futur ta’ persuni vulnerabbli, inkluż dawk b’diżabbilità fiżika jew intelletwali ma jkun qatt f’idejn nies simili.

Ekonomija

Sport