L-attakkant ta’ Paris St Germain, Lionel Messi, irritorna f’Pariġi wara li kien ittestja fin-negattiv għall-Covid-19 u se jerġa’ jibda t-taħriġ fil-jiem li ġejjin, qal il-club Franċiż ta’ Ligue 1 nhar l-Erbgħa.
Messi kien fost l-erba’ players ta’ PSG li ttestjawi pożittiv nhar il-Ħadd. Il-player ta’ 34 sena kien l-Arġentina fil-ħin tar-riżultat tiegħu.
Ir-rebbieħ seba’ darbiet tal-Ballun tad-Deheb tilef ir-rebħa tagħhom ta’ 4-0 barra minn darhom kontra l-club tat-tielet livell, Vannes, nhar it-Tnejn f’logħba mir-round tal-Aħħar 32 tat-Tazza Franċiża.
L-internazzjonali Arġentin, Messi, ingħaqad ma’ PSG mingħand il-club ta’ tfulitu, Barcelona, f’Awwissu li għadda, u skorja sitt goals f’16-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha għat-team Pariġin.
It-team ta’ Mauricio Pochettino jinsab fil-quċċata tal- klassifika ta’ Ligue 1 b’46 punt wara 19-il partita, 13-il punt fuq Nice, li jinsabu fit-tieni post.
Huma mistennija jivvjaġġaw biex jiltaqgħu kontra Olympique Lyon f’Ligue 1 nhar il-Ħadd li ġej.