L-istilla Arġentin, Lionel Messi, talab skuża lill-klabb tiegħu Paris St Germain fuq il-profil tiegħu fuq Instagram wara li l-ġimgħa l-oħra mar fl-Arabja Sawdija bla kliem u bla sliem mingħajr il-permess tal-Pariġini.
Sadanittant, il-plejer ta’ 35 sena se jkun għad-dispożizzjoni tal-kowċ Christophe Galtier għal-logħba li t-tim mill-belt kapitali Franċiża se jilgħab kontra Ajaccio.
PSG jinsabu jgawdu sitt punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali Lens.