Bħal-lum 2 ta’ Awwissu tas-sena 1943 seħħet rewwixta minn grupp ta’ reżistenza imexxi mil-Lhud. Dan seħħ fil-kamp ta’ konċentrament fi Treblinka, kamp li fih inqatlu għadd kbir ta’ Lhud.
Il-priġunieri jidher li kienu ħatfu xi armi u attakkaw lil gwardji Ġermaniżi u Ukreni. Ħafna minnhom bdew jaħarbu billi bdew jippruvaw jgħaddu minn barbed wire. Dan waqt li s-suldati kienu qegħdin jisparaw lejhom bla ħniena.
Madwar 300 irnexxielhom jaħarbu waqt li 100 minn dawn kien irnexxielhom jibqgħu maħrubin u ma nqabdux.