Bħal-lum 23 ta’ Frar tas-sena 1932, seħħet dimostrazzjoni kbira f’Old Market Street fi Bristol fir-Renju Unit. Dan saret kontra l-Gvern minħabba li ried jaqta’ 10 fil-mija mill-benefiċċji kontra l-qgħad. Dan kien zmień ta’ riċessjoni kbira.
Fir-rewwixta kienu ħadu sehem madwar 15,000 persuna. Id-dimostrazzjoni kienet saret minn National Unemployed Workers Movement (NUWM). Il-Pulziija ħarġu għall-għarrieda fuq id-dimostranti minn cinema, bid-dimostranti jirrispondu lura. L-union irrifjutat li tirtira u organizzat meeting dakinhar stess filgħaxija u inqala’ aktar ġlied.

