Sunday, June 29, 2025

Meta fl-eqqel tal-Ewwel Gwerra Dinjija ħaddiema nisa f’fabbrika tal-munizzjon strajkjaw

Aqra wkoll

Bħal-lum 29 ta’ Ġunju tas-sena 1916, ħaddiema nisa li kienu jaħdmu fil-fabbriki tal-munizzjon f’Dion fi Franza, waqfu mix-xogħol bi protesta minħabba żieda fl-ammont ta’ xogħol li ntefa’ fuqhom u minħabba tnaqqis li kellhom fil-paga. Din il-protesta saret fl-eqqel tal-Ewwel Gwerra Dinjija.

F’dan l-impjant kien hemm impjegati xejn inqas minn 4,000 mara. Dawn kienu jaħdmu f’xifts ta’ 11-il siegħa.

In-nisa kollha fil-‘gun shop’, li kienu madwar 110 persuna, ħadu sehem fl-istrajk.

Il-kumpanija m’aċċettatx dan u kienu tkeċċew xi ħaddiema. Minkejja dan l-istrajk baqa’ għaddej għal 11-il jum sakemm imbagħad panel arbitrarju tal-Gvern, f’tentattiv iddisprat biex jevita li tiġi affettwata l-produzzjoni tal-armi, ħa deċiżjoni li kienet parzjalment favur il-ħaddiema.  Waqt li x-xogħol fuqhom baqa’ wieħed qawwi, id-deċiżjoni tat-tnaqqis fil-pagi ġiet irtirata u l-impjegati imkeċċijin iddaħħlu lura. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport