Monday, March 9, 2026

“Meta ġie attakkat Ċipru, ġiet attakkata l-Ewropa

- Il-President Franċiż Emmanuel Macron

Aqra wkoll

Waqt żjara li għamel f’Ċipru, il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li “meta ġie attakkat Ċipru, ġiet attakkata l-Ewropa.”

Hu qiegħed jagħmel żjara fil-pajjiż u anke se jkun qiegħed iżur il-Greċja biex juri solidarjetà ma’ dawn il-pajjiżi.

Il-President Franċiż qal li pajjiżu se jkun qiegħed jibgħat żewġ bastimenti navali bħala parti mill-missjoni biex jiġi protett il-Baħar l-Aħmar.

“Qegħdin fil-proċess li nagħmlu difiża tajba u neskortaw il-bastimenti li jkunu għaddejjin mill-Baħar l-Aħmar. Dan il-proċess qiegħed isir kemm ma’ sħabna membri tal-Unjoni Ewropea u anke dawk li mhux membri,” qal il-President Macron.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport