Bħal-lum 22 ta’ Ġunju tas-sena 1972, kien it-tieni jum fejn madwar 150 ħaddiem minn Briant Colour Printing li kienu jaħdmu f’Londra ħadu f’idejhom il-post tax-xogħol. Dan sar wara li l-kumpanija ħabbret li kienet se tmur għal likwidazzjoni.
Il-ħaddiema ħadu l-kumpanija f’idejhom. Ħadu s-sodod u ikel u komplew bil-produzzjoni taħt il-kontroll tal-ħaddiema. Apparti li bdew jistampaw materjal kummerċjali, huma bdew jistampaw gazzetta b’appoġġ għal ħaddiema oħra. Kienu saru negozjati ma’ sidien li kienu lesti jixtruha biex jinżammu l-istess ammont ta’ ħaddiema li kien hemm. Dawn iżda ma mmaterjalizzawx.
L-impjant kien inxtara minn Peter Bentley, fejn fit-3 ta’ Lulju tas-sena 1973 u dan waqt li kien ħaddem ammont ta’ ħaddiema minn dawk li okkupaw l-impjant, kien iddeċieda li jagħlaq l-impjant f’Novembru tas-sena 1973. Dan wassal biex 50 ħaddiem spiċċaw bla xogħol. Hu kien impjega uffiċjali tas-sigurtà biex l-impjant ma jerġax ikun okkupat.