Bħal-lum 29 ta’ Ġunju fis-sena 1936, xejn inqas minn 100 ħaddiema tal-minjieri f’Chicano, inkluż Jesus Pallares, kienu deportati u deskritti bħala “aljeni mhux mixtieqa”. Dan wara li sar strajk f’Gallup fi New Mexico. Pallares, kien strumentali biex organizza 8,000 ħaddiema tal-minjieri fil-Liga Obrera de Habla Espanola. Fis-sena 1935 il-ħaddiema ħarġu fuq strajk.
Biex jitkisser l-istrajk, kienet iddikjarata l-liġi marzjali għal sitt xhur. Mijiet ta’ ħaddiema tal-minjieri u l-familja tagħhom tkeċċew minn djarhom, waqt li żewġ ħaddiema inqatlu mill-Pulizija u ħafna oħrajn ġew arrestati inkluż Pallares stess. Għadd ta’ ħaddiema kienu ddeportati