Thursday, November 14, 2024

Meta jiftħu l-iskejjel it-tfal iridu jżommu distanza soċjali

Aqra wkoll

“Mindu daħlet il-Covid-19 kellna tfal li sparixxew kompletament, u l-għalliema ma setgħux jagħmlu kuntatt magħhom. Fit-28 ta’ Settembru se jiftħu l-iskejjel u t-tfal ikomplu b’ħajjithom,” tenna l-Ministru 

Temma li jekk ikun hemm każijiet ta’ Covid-19 il-gvern se jkun qed jagħmel l-istess kif għamel bil-ftuħ ta’ Skolasajf, jiġifieri li jittieħdu l-miżuri l-miżuri preventivi. 

“Importanti li t-tfal tagħna ikomplu bl-istudji. Meta tkellimt mat-tfal fi skola sajf, dawn urewni kemm ħadu gost li rritornaw l-iskola u raw lil sħabhom”.

Fl-istess waqt meta mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami dwar jekk meta jiftħu l-iskejjel hux se jkun hemm distanzi soċjali bejn it-tfal, il-Ministru Owen Bonnici qal li “qed naraw li niftħu b’mod normali kemm jista’ jkun imma bil-prekawzjonijiet. Jien nixtieq li t-tagħlim ikompli. Qed inmorru għal mudell li jmur għan-normalità. Distanza soċjali trid tinżamm kif sar fi skola sajf. Fil-ħin tal-mistrieħ it-tfal iridu jżommu distanza.”

Ekonomija

Sport