L-eks attakkant ta’ Hibernians u Marsaxlokk André Schembri li fl-aħħar snin kien qiegħed iservi bħala Direttur tal-klabb Ċiprijott ta’ Apollon FC ħabbar li se jkun qiegħed jieqaf milli jkompli b’dan l-irwol.
Schembri qal li kien ta’ pjaċir kbir għalih li jservi f’dan l-irwol anke minħabba li wara 16-il sena, it-tim irnexxielu jirbaħ il-kampjonat.
Schembri madanakollu ħabbar li meta jingħalaq bieb, ikun hemm ieħor lest biex jinfetaħ. Hawnhekk huwa ħabbar li l-kariga li se jidħol għaliha hija waħda li ilu jimmira li jilħaq.
Schembri temm jiżvela li hu se jkun qiegħed ikompli jagħti sehmu mat-tim bħala l-kowċ tat-tieni tim ta’ Apollon FC.