Saturday, December 21, 2024

“Meta kulħadd ħaseb li t-tmexxija tal-PN ma tistax tmur agħar tfaċċa Grech”

Il-Partit Laburista jirreaġixxi għad-diskors ta' Grech waqt il-protesta tal-lejla

Aqra wkoll

“Meta kulħadd kien ħaseb li t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista ma tistax tmur iktar għall-agħar, tfaċċa Bernard Grech”. Hekk beda biex jgħid il-Partit Laburista fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-protesta tal-Partit Nazzjonalista dwar l-Isptarijiet aktar kmieni wara nofsinhar.

Il-Partit Laburista qal li f’mument ta’ kriżi għalih personali, biex isalva postu, illejla Bernard Grech reġa’ nfexx f’attakk fuq l-istituzzjonijiet li jemmen li ma jdoqqux id-diska tiegħu. Mill-Kummissarju għall-Istandards, għall-Avukat Ġenerali, il-Kummissarju tal-Pulizija u iktar. Għax għalih, l-istituzzjonijiet qegħdin hemm biex jaqdu lilu forsi jżomm postu fit-tmexxija tal-Partit.

“Biex jagħmel dan Bernard Grech reġa’ rrepeta żewġ gidbiet. L-ewwel. Li ntefqu xi €400 miljun li tagħhom il-pajjiż ma ħa xejn. It-tieni. Li l-Gvern mhu jieħu ebda azzjoni, dan meta kulħadd jaf li hemm arbitraġġ internazzjonali u l-Gvern diġà għamel każ kontra Steward”, sostna l-Partit Laburista.

Ekonomija

Sport