Bħal-lum 2 ta’ Awwissu tas-sena 1944 xejn inqas minn 4,000 ‘gypsies’ li kienu fil-kamp ta’ konċentrament f’Auschwitz Birkenau rreżistew li jittieħdu lejn il-kmamar tal-gass. Is-suldati Ġermaniżi daħlu fil-kamp imma l-gypsies kienu armaw ruħhom b’biċċiet tal-injam u lembubi u kien anke mbarraw il-bibien. Huma spiċċaw jiġġieldu mas-suldati Nażisti.
Wieħed minn dawk il-persuni li ma kienx ‘gypsy’ u li kien irnexxielu jibqa’ ħaj kien iddeskriva l-ġlied li kien inqala’ bħala “qalil ħafna”. Kien iddikjara li n-nisa kienu l-aktar li offrew reżistenza għax huma kienu iżgħar fl-età u kienu qegħdin jipproteġu lil uliedhom. Finalment huma tilfu l-battalja u kollha nqatlu fil-kmamar tal-gass.
Ritratt Rudolph Richter, priġunier gypsy f’Auschwitz.