Saturday, December 14, 2024

Meta l-ħolm isir realtà u tirbaħ $670,000

Aqra wkoll

Mara Awstraljana qalet li kienet rebħet aktar minn $670,000 wara li ftit jiem qabel kienet ħolmot b’sett numri u hekk kif qamet mill-ewwel marret tiktibhom.

Il-mara minn Victoria fl-Awstralja qalet li kienet xtrat il-biljett rebbieħ fit-12 t’April għal lottu li jitla’ t-Tnejn u l-Erbgħa. Hija xtrat il-biljett online waqt li kienet ‘il bogħod mid-dar tagħha. Lanqas ipprovat tiċċekkja jekk rebħitx, iżda x’ħin daħlet tiċċekkja l-kont bankarju tagħha sabet li kellha $670,566.65 “żejda”.

X’ħin kompliet tiċċekkja ndunat li kienet rebħet il-lotterija u minħabba li meta taqa’ l-biljetti tagħti d-dettalji tiegħek u anke l-kont tal-bank, il-flus jidħlu mill-ewwel.

Hija qalet ukoll li dawk in-numri rathom f’ħolma. “Niftakar eżatt in-numri li kelli fil-ħolma u hekk kif qomt qtajt il-biljett…” filwaqt li sostniet li għadha ma tafx xiex se tuża l-flus. Il-mara qalet li hu żgur li ħajjitha se tkun ftit jew wisq aktar faċli għax tista’ tħallas il-kontijiet b’aktar kumdità.

Ekonomija

Sport