M’hemm ebda dubju li l-Perit Duminku Mintoff iġġieled biex jinqata’ l-kolonjaliżmu minn pajjiżna, u pajjiżna ikun ħieles mill-bażijiet militari.. Dom Mintoff kien jemmen li l-uniku mód kif il-kundizzjoni soċjo ekonomiku f’Malta titjieb kien billi ssir l-Integration. Dan kiien ifis ser li Malta issir parti mir-Renju Unit biex b’hekk il-Maltin jiġu ttrattati bħala ċittadini tar-Renju Unit.
Dan il-pjan kien qed jipproponi fost affarijiet oħra li l-Maltin jibbenefikaw mill-istess servizzi soċjali bħall-Ingliżi. Apparti dan il-Maltin jibbenefikaw mill-istess opportunitajiet ta’ xogħol u kundizzjonjiet tal-Ingliżi. L-Integration kienet titlob li jitfassal pjan ekonomiku għal Malta fuq il-kunċett ta’ xogħol għal kulħadd.
Kienet titlob ukoll li Maltin ikollhom ir-rapreżentanza tagħhom fil-Parlament Ingliż, waqt li d-difiża u l-politika barranija kellhom ikunu f’idejn il-Gvern Ingliż. Kwistjonijiet lokali bħall-edukazzjoni u r-reliġjon kellhom ikunu f’idejn il-Gvern Malti.
Din il-proposta kienet qajmet kontroversja sħiħa. Dwarha kien sar referendum li fih 45.2 fil-mija tal-elettorat ħareġ jivvota. Kien hemm 67,607 li ivvutaw favur l-Integrazzjoni filwaqt li 20,177 ivvutaw kontra. Kien hemm 2,559 vot invalidu. Dak li ma marrux jivvutaw kien ta’ 62,480. Numru kbir ta’ dawk li astjenew kienu għamlu dan biex jobdu d-direttivi tal-Partit Nazzjonalista li kien qed għamel bojkott kontra l-Pjan ta’ Integrazzjoni.
Ir-riżultat qajjem ħafna kontroversji. Il-Prim Ministru Ingliż Sir Anthony Eden kien stqarr fil-Parlament Ingliż li Malta kellha tiġi rappreżentata fil-Parlament Ingliż wara li l-Maltin juru x-xewqa tagħhom f’Elezzjoni Ġenerali. Fl-istess ħin l-Ingliżi bdew jirrealizzaw li integration bejn Malta u l-Ingliterra kienet ser toħloq aktar problemi milli ssolvihom. Fl-1958 seħħet ir-riżenja tal-Gvern ta’ Mintoff u mbagħad seħħew l-irvellijiet tat-28 ta’ April.
Imma l-ġlieda ta’ Mintoff kontra l-kolonjaliżmu mhix marbuta biss ma’ pajjiżna. Lura għal meta kien jistudja l-Ingilterra, hu kien safa’ msawwat f’rasu mill-Pulizija Ingliża minħabba li kellu l-għajta favur l-Indipendenza tal-Indja.
Rapport imxandar f’L-ORIZZONT fl-1975 bit-titlu “Dom Mintoff qala fuq rasu mill-Pulizija Ingliża”, kien tkellem dwar dan.
Ir-rapport kien jgħid li “meta l-Prim Ministru Dom Mintoff kien għadu student fl-Universita ta’ Oxford, fl-Ingilterra hu kien gala swat fuq rasu mingħand il-Pulizija Ingliża għax kellu l-għajta favur il-ġlieda ta’ l-Indjani għall-Indipendenza ta’ pajjiżhom. Hekk sal il-Kummissarju Għoli Indiana għal Malta, Apa Pant meta wara nofsinhar kelpu lill-istampa qabel ma ħalla Malta wara żjara ta’ ġimgħa fejn anki iltaqa’ ma’ Dom Mintoff.”
Ir-rapport kien qal li “Il-Kummissarju Indjan semma’ dan l-inċident waqt li kien qed jgħid li “kien ta privileġġ kbir u ispirazzjoni għalija li waqt iż-żjara tiegħi ltqajt mal-Prim Ministru tagħkom. Dan għax is-sur Mintoff hu magħruf ħafna fl-Indja u kulħadd sema’ bih. Hu anki ssawwat fuq rasu mill-Pulizija Ingliża meta kien jistudja Oxford għax appoġġja l-ġlieda tagħna għall-Indipendenza.”