Bħal-lum19 ta’ Awwissu tas-sena 1909 inħarġet l-ewwel edizzjoni tal-‘Little Red Songbook’. Dan kien ippubblikat fl-Istati Uniti mill-unjin rivoluzzjonarja Industrial Workers of the World.
Dawn il-kanzunetti kienu jitkantaw waqt azzjonijiet industrijali. Fost l-aktar popolari kien hemm ‘Solidarity Forever’ li kienet inkitbet minn Ralph Chaplin waqt strajk tal-ħaddiema tal-minjieri f’West Virginia fis-sena 1912.
Kien hemm ukoll kanzunetti ta’ Joe Hill, l-immigrant Żvediż u li kien attivist u li nqatel mill-Istat ta’ Utah fis-sena 1915.