Tuesday, June 17, 2025

Meta nisa fl-Għarabja Sawdija għamlu att kollettiv ta’ diżubbidjenza ċivili

Aqra wkoll

Bħal-lum 17 ta’ Ġunju tas-sena 2011, madwar 40 mara fl-Għarabja Sawdja ħadu sehem f’att kollektiv ta’ diżubbidjenza ċivili. Dan sar billi qagħdu jsuqu l-karozza bi protesta kontra l-liġi li għamlitha llegali li n-nisa jsuqu l-karozzi.  L-att ta’ diżubbidjenza ċivili seħħ f’Riyadh, Jeddah u Dammam. 

Protesta simili kienet saret fis-snin disgħin imma din kienet ġiet ikkontrollata b’arresti. Għall-att ta’ diżubbidjenza ċivili tas-sena 2011  ma kienu rrapportati ebda arresti għalkemm xi nisa kienu arrestati  għax saqu l-karozza xi jiem qabel.  Seħħew protesti oħra f’Settembru tas-sena 2017 u finalment l-Għarabja Sawdija bidlet il-liġi u bdiet toħroġ liċenzji għas-sewqan lin-nisa.  

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport