Thursday, May 8, 2025

Meta partitarji Nazzjonalisti ntbagħtu l-ħabs

Aqra wkoll

Kien proprju 50 sena  ilu meta  partitarji Nazzjonalisti ġew mibgħuta l-ħabs wara li nstabu ħatja li attakkaw partitarji Laburisti. 

F’rapport li kien pubblikat fuq L-ORIZZONT kien jgħid li, “il-Qorti tal-Appell Kriminali kkundannat żewġ partitarji Nazzjonalisti għal xahrejn  u xahar ħabs rispettivament. Dawn instabu ħatja li ħadu sehem attiv f’ġemgħa ta’ aktar minn għaxra minn nies miġburin biex jagħmlu reat u li qabdu armi kontra partitarji Soċjalisti.”

Fir-rapport kien ingħad li, “l-inċident kien ġara fiż-Żejtun f’xi siegħa ta’ filgħodu tal-20 ta’ Settembru tas-sena 1973 u fih partitarju Soċjalista safa’ ferut u saru ħsarat f’karozzi ta’ partitarji Laburisti. Il-partitarji Nazzjonalisti li ntbagħtu l-ħabs kienu Silvio Galea ta’ 27 sena mil-Belt  (xahrejn) u Salvu Scicluna ta’ 25 sena mill-Belt ukoll (xahar)”.

Kien intqal ukoll li, “Vincent Borg Bonaci ta’ 29 sena minn Gwardamangia, Derek Conti ta’ 20 sena mill-Belt u Salvu Attard ta’ 28 sena minn Ħaż-Żebbug instabu ħatja wkoll tal-istess akkużi u ġew illiberati bil-kundizzjoni li ma jagħmlux reat ieħor fi żmien 18-il xahar.  Silvio Galea ma nstabx ħati li kellu fil-pussess tiegħu sikkina bla liċenzja tal-Pulizija filmati li Scicluna nstab ħati wkoll ta’ sewqan perikoluż u ġie mmultat LM50 u kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal sitt xhur. Norman Bezzina ta’ 19-il sena u Mario Gatt ta’ 19-il sena wkoll, it-tnejn minn Ħaż-Żebbuġ ma nstabux ħatja. Gatt kien miet traġikament ftit xhur qabel meta waqa’ minn fuq it-Torri ta’ Selmun waqt li kien qed jaħdem bħala stuntman f’film”. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport