Monday, October 6, 2025

‘Meta tara l-‘finish line’ tinsa kollox – Marisabelle Mifsud

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-Hyrox?

Nibda billi ngħid li jien sa seba’ snin ilu lanqas kont kapaċi niġri iżjed minn minuta. Pass pass bdejt nittrenja u bilmod il-mod irnexxieli nagħmel l-ewwel 5K. Bdejt b’cardio session, wara OCR u llum il-ġurnata Hyrox.

X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa?

Is-suċċess tiegħi ikun li meta tkun ġejja xi tellieqa jew xi kompetizzjoni ikun meta naqsam il-finish line. Dejjem nipprova ntejjeb il-ħin fuq dak li nkun għamilt qabel. Il-kompetizzjoni tiegħi hija dejjem miegħi nnifsi u ma’ moħħi.

Irnexxieli nagħmel long races, half marathons u anke Hyrox events individwali kif ukoll doubles women kemm hawn Malta kif ukoll barra minn xtutna. Is-suċċess għalija dejjem ikun meta niftakar minn fejn tlaqt u fejn wasalt.

X’tikkummenta fuq il-kowċ, Julian Briffa?

M’għandix kliem biex nirringrazzja lill-kowċ Julian Briffa, li llum sar iżjed ħabib apparti kowċ. Dejjem issibu warajk biex jissapportjak u jinkoraġġik biex ittejeb il-livell personali tiegħek.

Kif tqis il-livell tal-Hyrox f’pajjiżna fil-preżent?

Il-livell tal-Hyrox f’pajjiżna aktar ma jmur dejjem qed jogħla. Iżjed atleti qed jittrenjaw għal dan it-tip ta’ sport u b’hekk il-livell se jkompli jogħla.

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Jien nipprattika dan it-tip ta’ sport ma’ The Club fejn il-kowċ tagħna Julian Briffa dejjem jinvesti f’apparat modern u dejjem jara kif se jżommna kuntenti.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-Hyrox?

Min-naħa tiegħi kif diġá għidt l-unika kompetizzjoni għalija hija miegħi nnifsi … dejjem nipprova ntejjeb fuq il-ħin ta’ qabel.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-Hyrox.

La nagħmilha jien kapaċi jagħmilha kulħadd … ma jfissirx li ma nagħmilx sagrifiċċji peró bla sagrifiċċji  ma tasalx. Mhux dejjem ward u żahar peró meta tkun qed tikkompeti u tibda tarak tegħleb ċerti ostakli li ma kontx taħseb li kapaċi tegħlibhom qabel, is-sodisfazzjon ikun kbir. Meta tara l-finish line tinsa kollox! Taqtgħu qalbkom qatt!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport