minn karozza tal-linja
…każ li kien ixxokkja lil pajjiż
Kien proprju ħamsin sena ilu metą pajjiżna kien ixxukkjat bil-mewt ta’ tifel ta’ sentejn. Hu kien fuq il-bankina meta intlaqat minn karozza tal-linja u spiċċa mgħaffeġ taħtha. Kien każ li qajjem agħa sħiħa fil-pajjiż u xxokkja lil ħafna nies.
Dakinhar kien ġie rappurtat li “Twanny Delia, tifel ta’ sentent, miet f’daqqa f’aċċident tat-traffiku, meta intlaqat minn karozza tal-linja ta’ Ħaż-Żabbar, meta hu tgerbeb minn fuq il-bankina fi Triq il-Knisja. L-aċċident kien seħħ wara li Twanny ħarab minn ħdejn nanntu”.
“Kien għall-ħabta ta’ 10.30 ta’ filgħodu, meta Salvina Bugelli li toqgħod fl-isqaq numru tnejn fi Triq il-Knsija ħarġet mill-bieb ta’ darda bien tarmi xi affarijiet. F’dak il-mument, Twanny ħareġ jiġri mid-dar. Hu ħareġ mill-isqaq u waqaf fuq il-bankina. F’daqqa waħda Twanny tgerbeb minn fuq il-bankina u waqa’ taħt il-karozza tal-linja li kienet għaddejja. Twanny, li kien se jagħlaq sentejn fl-ewwel ta’ April li ġej miet f’daqqa hekk kif il-karozza għaddiet minn fuq rasu u għaffġithielu bid-‘double wheel’ ta’ wara. Nanntu Salvina, ġriet għal fuq il-katavru u refgħet. Hi bdiet tgħajjat ‘jaħasra kien f’idejja’”.
Kien irrappurtat li “Joe Lia ta’ Feliċjana, li ra lil Salvina bit-tifel f’idejha u ħadulha u beda miexi lejn id-dar tal-Kappillan Dun Ġużepp Zarb. Wara ftit passi hu iżda kważi ħassu ħażin, reġa’ lura u poġġa lil Twanny fl-art. Il-Kappillan li sema’ l-għajjat dak il-ħin mar jiġri d-dar ta’ Salvina u amministra l-aħħar sagramenti lil Twanny. Sakemm sar l-aċċess fuq il-post mill-Maġistrat Dr. J. Formosa u l-espert tat-traffiku, Edgar Felice, il-karozza tal-linja baqgħet wieqaf f’nofs ta’ triq u d-demm ħiereġ minn taħt il-gverta għal taħt ir-roti. Ħobża li waqgħet lil xi ħadd u baqgħet sejra taħt il-karozza tħalliet hemm.”
Kien irrappurtat li “ħafna minn dawk l-abitanti ta’ Ħaż-Żabbar li tbikkmu b’din it-traġedja fosthom omm Twanny, Rita Delia u missieru Leli. Hu Twanny, li għandu biss sitt xhur għadu ma jistax jifhem it-traġedja li laqtet lill-familja”.

