Josette Frendo, omm li kienet tilfet il-binha, ikkummentat dwar it-telfa ta’ Jake Vella, u valet li din hi l-akbar weġgħa u trawma għal kull ġenitur.
Hi qalet li “għeżież Josie u Marouska, bħala omm li tilfet lit-tifel bħalkom, naf li m’hemm l-ebda kliem li jista’ jikkunslakom! L-akbar weġgħa u trawma għal kull ġenitur hu li jitlef lit-tifel jew tifla tiegħu. Il-ħajja tippreparak, b’xi mod, li ser tidfen lil min hu ikbar minnek però qatt ma tippreparak li tidfen lil xi ħadd iżgħar minnek speċjalment lil uliedek! Il-ħajja iebsa ħafna! U trid tgħaddi minnha personalment biex tkun taf x’jiġifieri! Naf li forsi bħalissa dan li ser ngħid hu kliem fieragħ però xorta itolbu lil Alla biex jgħinkom f’dan id-dulur kbir.”
Kompliet tgħid li “hu biss jista’ jtikom is-sapport li hemm bżonn. Meta tlabtuna biex niġu l-isptar mill-ewwel ġejna għax fhimna li f’dawk il mumenti is-sapport hu ferm bżonnjuż! Minn qalbna nagħtukom il-kondoljanzi u naċċertakom li għalkemm Jake mhuwiex preżenti f’din id- dinja, se jkun magħkom il-ħin kollu u kullimkien fejn tkunu!”.