“Inti meta tkun f’kariga bħal tiegħi, ikollok żewġ aspettativi, li trid tħares lejn l-intergrità tal-Partit u tal-Gvern, iżżomm l-għaqda u lil kuħadd flimkien. Pereżempju lili saqsewni għaliex daħħalt ċertu nies lura. Għaliex illum -il ġurnata rrealizzajt wara numru ta’ snin”.
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Prim Ministru Robert Abela fil-podcast ta’ Ricky Caruana, liema podcast sħiħ se jkun qiegħed jixxandar nhar l-Erbgħa li ġej fit-8:00 p.m., fuq il-paġna ta’ Facebook; Riicky Caruana Podcast.
Il-PM spjega li llum għandu iktar minn ħames snin esperjenza f’din il-kariga u li matulhom kellu ċirkostanzi kemmxejn diffiċli. Qal ukoll; “Għalkemm diffiċli għax għalkemm huma ħames snin, ma nafx xkien jonqos li jinqala. Żmien li jgħelek timmatura u tissaħħaħ ħafna imma s-sigriet irid ikun it-talent kbir li għandna bħala partit”
Tenna billi saqsa jekk hawnx xi ħadd li għamel kollox perfett f’dan il-pajjiż. Enfasizza li jekk wieħed jara l-miżien tal-Partit Laburista mill-2013 ‘il quddiem, żgur li huwa favur il-pożittiv u li skontu għalhekk il-poplu Malti baqa’ jafda fil-Gvern mmexxi mill-Partit Laburista b’mod b’saħħtu.