Sunday, November 24, 2024

Meta wieħed jiġi biex jagħżel lejn il-kandidati jrid iħares lejn elementi differenti- Josianne Cutajar

Aqra wkoll

“Ħdimt u għadni qed naħdem bi grinta f’ċertu oqsma li jolqtu lill-pajjiż imma anke lill-Għawdex li hija pjusttost gżira iżgħar. Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-poplu Għawdxi u Malti li għall-ewwel darba fadal l-ewwel persuna mill-gżira ta’ Għawdex fil-Parlament Ewropew. Dan juri l-importanza li meta nkunu qed nagħżlu l-kandidati tagħna, inħarsu lejn elementi differenti u li jkollna nies minn postijiet differenti f’pajjiżna”

Iddikjarat dan l-Ewroparlamentari Josianne Cutajar waqt intervista li sartilha, fejn spjegat ukoll li matul l-ewwel ħames snin meta ġejt eletta, l-ewwel ħaġa li talbuha kienet li tagħżel kumitat. Qalet li għażlet u żammet f’moħħha hi l-fattur ta’ Għawdex bħala gżira.

Qalet li nnegozjat diversi emendi u eżempju wieħed minnhom huwa illi fil-liġi tal-fjuwils sostenibbli fil-qasam marittimu, flimkien ma’ kollegi rnexxielha tpoġġi emendi fejn gżejjer żgħar bħal Għawdex jingħataw prijoritá

Dwar Għawdex bħala reġjun, Cutajar qalet li din hija diskussjoni illi tiftakarha tiġi dibattuta meta kienet iktar żagħżugħa. Kompliet tgħid; “Naħseb dan huwa element illi irridu naraw ukoll aħna x’irridu nfissru b’Għawdex reġjun. Nafu li Għawdex għandu ministeru għalih, nafu li huwa distrett għalih fl-elezzjonijiet u hemm ukoll ir-reġjuni tal-kunsilli lokali. Ħadt pjaċir illi fil-Budget iilli għadda, il-Gvern ħabbar illi l-fondi tal-urban development fund se jkun hemm ukoll xi 85 miljun ewro li se jkunu iffukati partikolarment fuq proġetti f’Għawdex”

Josanne temmen li għad fadal xi jsir għax anke hi li ilha hemm ħames snin, għadha sa ssa tipprova u se tibqa’ sal-aħħar tispjega dak li qed isir fl-Unjoni Ewropea b’lingwaġġ pjuttost sempliċi.

Sport