Thursday, February 20, 2025

“Meta xi ħadd isir memorja, il-memorja ssir teżor”

Tmut Benna, eks Surġet tal-Pulizija

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat kienu bosta li sellmu l-memorja ta’ Benna Spiteri li serviet fil-Korp ta-Pulizija bħala Surġent.

Fost il-messaġġi li nkitbu spikkaw il-kliem kemm Benna kienet tkun dejjem bit-tbissima u kellha qalb tad-deheb.

Eks kollega ta’ Spiteri tgħid li minkejja li fl-aħħar xhur kienet qiegħda tieħu trattament, xorta waħda baqgħet iċċemplilha biex tara t-tarbija tagħha kif inhi u jekk kellix bżonn xi ħaġa.

Persuna li kienet qrib sew ta’ Spiteri filwaqt li wriet id-dispjaċir tagħha li kienet tilfet ħabiba kitbet li “meta xi ħadd isir memorja, il-memorja ssir teżor”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport