Sunday, July 27, 2025

Metsola titkellem dwar Gaża… wara xhur sħaħ ta’ skiet perfett

Aqra wkoll

Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola wara xhur sħaħ mingħajr ma tlissen l-ebda kelma jew kundanna fuq dak li Iżrael qiegħed iwettaq fuq il-poplu Palestinjan, fl-aħħar sigħat kitbet fuq il-midja soċjali fejn għall-ewwel darba qalet li s-sitwazzjoni f’Gaża hija “intollerabbli”.

Metsola tikteb li “s-sitwazzjoni fil-Medda ta’ Gaża hija intollerabbli… inqatlu wisq persuni ċivili. Ftit wisq għajnuna qiegħda tasal għand dawk l-aktar li għandhom bżonn, filwaqt li l-ġurnalisti mhux qegħdin jirnexxilhom isalvaw aħseb u ara jaħdmu. Tfal għandhom mejtin bil-ġuħ u tobba qegħdin jaħdmu f’kundizzjonijiet miżeri.”

Il-President tal-Parlament Ewropew kienet kostretta tikteb dan kollu wara pressjoni kbira mill-fora internazzjonali hekk kif għal xhur sħaħ qatt ma qalet kelma waħda ta’ kundanna ta’ dak li qiegħed iwettaq Iżrael.

Tikteb li l-bidu ta’ kull proċess ta’ paċi għandu jkun waqfien mill-ġlied u tmiem ta’ vjolenza li “aħna ilna nsejħu għaliha ħafna”.

Metsola tkompli tgħid li l-Parlament Ewropew dejjem kien konsistenti dwar din il-gwera. “Aħna nikkundannaw lill-grupp Ħamas li qatel aktar minn 1,000 persuna fis-7 ta’ Ottubru. Ninsistu li l-ostaġġi jiġu rritornati kollha. Nuru solidarjetà mal-persuni ċivili f’Gaża u nikundannaw il-qtil tagħhom mill-forzi Iżraeliti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport